whenpraxisbecomesunbearable
whenpraxisbecomesunbearable
when.praxis.becomes. unbearable - a blog by kurt borg
151 posts
philosophical ramblings and poetry of the deed - a blog by kurt borg
Don't wanna be here? Send us removal request.
whenpraxisbecomesunbearable · 2 months ago
Text
Il-Malti, il-Letteratura u lil Hinn
Tumblr media
Fil-bidu t'April, poġ��ejt għal taħdita ma' Elena Cardona dwar sens ta' ħarifa. Tkellimna dwar bosta temi li jinteressaw lilna t-tnejn; il-memorja, id-dominazzjoni, il-ġisem. Tkellimna wkoll dwar l-istaġuni, il-filosofija bħala stil t'għixien, u fuq kollox, tkellimna dwar l-esej. Tistgħu ssegwu t-taħdita f'żewġ partijiet minn hawn isfel.
It-taħdita saret bħala parti mill-programm Il-Malti, il-Letteratura u lil Hinn li tippreżenta Elena fuq Radju Lauretana (89.3FM), ir-radju parrokjali ta' Għajnsielem.
L-ewwel parti
It-tieni parti
Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 2 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 3 months ago
Text
Iktar Kliem fit-Teorija
ego, superego, id
il-politika tal-kura
ħu ħsieb
ħarsa/lemħa
tpaxxa
Aqra l-entrati kollha hawn:
Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 3 months ago
Text
sens ta' ħarifa reviewed on Times of Malta. Thanks to Louis J. Scerri for the engagement.
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 3 months ago
Text
In-Niggieża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika
Dal-ktejjeb ħareġ! Ikkuntatjawni jekk tridu kopja (b'xejn!). Fih kapitli dwar temi politiċi fil-letteratura Maltija. Fost oħrajn:
Justine Somerville kitbet dwar l-istorja u l-memorja f"Castillo" ta' Clare Azzopardi.
Romario Sciberras kiteb dwar iċ-ċittadinanza queer f"L-Aqwa Żmien" ta' Immanuel Mifsud li, minn naħa tiegħu, kiteb dwar novella ta' Mary Meylak.
Luke J. Buhagiar kiteb dwar Cioran u l-mikrofinzjoni, b'referenzi għall-istejjer ta' Rita Saliba.
U jiena ktibt dwar il-politika tal-ġeneru f'"Marta Marta" ta' Loranne Vella.
Hemm kapitli oħrajn dwar il-politika fil-proża minn Mario Thomas Vassallo, il-politika tar-reżistenza fil-films minn Marie-Louise Mangion, u esej dwar il-poter sovversiv tal-immaġinazzjoni minn Adrian Grima.
Pubblikazzjoni b'kollaborazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Policy, Politics & Governance at UM u Il-Malti fl-UM.
Grazzi lil Keith Attard għall-qari tal-provi.
Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 4 months ago
Text
Tumblr media Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 4 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 5 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 5 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 5 months ago
Text
L-Esej fl-Iskejjel
St Martin’s College recently held a school-wide initiative celebrating the art of the essay-L-Esej, through an exciting competition in both English and Maltese. Themed Our Planet, this initiative showcased students’ essay-writing skills across all levels, in both languages. The event was a collaborative effort between the English, Maltese, and Creative Arts Departments.
Heartfelt thanks go to our readers, teachers, and students for their exceptional contributions. The SMC community is especially grateful to our esteemed guest speakers from the University of Malta: Professor Mario Aquilina (Department of English), Professor Adrian Grima (Department of Maltese), and Dr Kurt Borg (Department of Policy, Politics and Governance). Their presence greatly enriched the event and provided a marvellous opportunity for our students.
The event, on 16 January 2025, was coordinated by Dr Kathleen and Mr Nikola, the Learning Area Leaders for English and Maltese, respectively.
A special thanks goes to KLIKK, for generously sponsoring the first-place prizes as well as Essay Beyond Borders (EBB) EU funded initiative led by Professor Mario Aquilina. Their support is deeply appreciated.
***
St Martin's College ittellgħet attività fejn ġiet iċċelebrata l-kitba tal-essej. Din seħħet b'kollaborazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Ingliż u tal-Malti fi ħdan il-kulleġġ. Matul din l-attività numru ta' studenti qraw ix-xogħlijiet tagħhom. Fl-attività "L-Esej - Il-Pjaneta tagħna" kien hemm preżenti wkoll il-Prof. Mario Aquilina, li sponsorja numru ta' rigali li ġew mogħtija lir-rebbieħa, kif ukoll Prof. Adrian Grima li tkellem dwar l-importanza tal-kelma miktuba, filwaqt li l-awtur Dr Kurt Borg tkellem dwar il-ġeneru tal-esej fil-lingwa Maltija.
Din l-attività kienet ukoll sponsorjata minn KLIKK, li taw numru ta' vouchers bħala premju lit-tfal li ġew fl-ewwel post f'din il-kompetizzjoni.
Nirringrazzjaw lill-istudenti kollha li pparteċipaw f'din il-kompetizzjoni u nawguraw lir-rebbieħa tal-kitbiet interessanti tagħhom. Prosit!
Tumblr media Tumblr media Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 5 months ago
Text
Ħbiberiji, Ħrejjef, u Komunità
Ħbiberiji, Ħrejjef, u Komunità: Qari u Diskussjoni ma’ Omar N'Shea, Raylene Abdilla, Kurt Borg u Noah Fabri
Fl-24 ta’ Jannar, inġbarna l-Librerija Pubblika ta’ Pembroke biex naqraw u nitkellmu dwar tliet kotba li ħarġu fl-aħħar ftit xhur: Antoloġija 1 ta’ Aphroconfuso, sens ta’ ħarifa ta’ Kurt Borg, u It-Togħma Morra taċ-Ċiċri ta’ Noah Fabri.
Omar mexxa d-diskussjoni ma' Raylene (bħala r-rappreżentant Aphroconfuso), Noah u Kurt. Qrajna x-xogħol tagħna u ddiskutejna xi temi komuni li ħerġin mid-dinjiet tal-kitba tagħna, b’għajn speċifika għall-ħbiberija u l-ambigwità.
It-taħdita tista' tismagħha hawn.
Rafel Grima, il-Librar, introduċa s-serata. Minn qalbna nirringrazzjawh talli laqagħna.
Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 5 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 6 months ago
Text
sens ta' ħarifa
Il-ktieb jinsab għall-bejgħ hawn, minn fuq is-sit tal-pubblikatur, Klabb Kotba Maltin.
Tistgħu taqraw jew tisimgħu "Ġilda", wieħed mill-esejs fil-ġabra, minn fuq il-ġurnal letterarju Aphroconfuso, fejn tistgħu ssibu wkoll aktar artikli u taħdidiet dwar il-ktieb.
Intant, din hija playlist li tmur tajjeb mal-ktieb ☺️📀
Nittama biss li l-ktieb jagħtikom imqar ftit pjaċir; il-pjaċir li jaf joffri biss l-esej 🍂
Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 6 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 6 months ago
Text
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 6 months ago
Text
Essays Beyond Borders
The official launch of Essays Beyond Borders in Malta took place on the 6th of November 2024 at the Aula Magna of the University of Malta’s Valletta Campus. The event drew an engaged audience comprising writers, students, educators and academics.
The programme began with an introduction by Prof. Mario Aquilina, the Academic Lead of the project. Prof. Aquilina outlined the vision for Essays Beyond Borders, which presents the essay as a dynamic form, blending personal exploration with a social outlook. The essay as conceived in the project transcends traditional boundaries—geographical, cultural, and intellectual—connecting writers across Europe and promoting planetary perspectives through workshops and research.
Prof. Ing. Simon G. Fabri, University of Malta Pro-Rector for Research and Knowledge Transfer, then highlighted the project's alignment with the University’s commitment to research and innovation.
Prof. Adrian Grima spoke about the essay in Malta and in Maltese, showing the potential of this form for a Maltese context. Dr. Kurt Borg, an essayist who has just published a book of essays called ‘sens ta’ ħarifa’ spoke about his relationship with the essay as a form that allows him to reflect on his existence and his being in the world. Dr. Kathleen Vella, Head of English at St Martin's College Sixth Form, discussed the pedagogical potential of the essay in educational settings, while student speakers, Ms. Klara Vassallo and Mr. David Attard, provided reflections from a student perspective.
The event concluded with a reception, allowing attendees to discuss ideas and build connections, marking a successful launch of Essays Beyond Borders.
Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media
0 notes
whenpraxisbecomesunbearable · 6 months ago
Text
tnedija -- sens ta' ħarifa
Grazzi minn qalbi lil kull min attenda għat-tnedija ta' 𝘀𝗲𝗻𝘀 𝘁𝗮' ħ𝗮𝗿𝗶𝗳𝗮 u kull min kitibli biex jawgurali dwar il-ktieb. Verament napprezza. Kienet serata mill-isbaħ; mimlija ħbieb, familjari u nies li nammira, arti, mużika u qari. Insomma, mimlija bl-esej u bil-pjaċir li rrid nibqa' nassoċja mal-esejiżmu. Grat lejn ħafna nies li għenuni u inkorraġewni sabiex lestejt dan il-ktieb. Uħud semmejthom dakinhar tat-tnedija; oħrajn forsi insejt insemmihom sforz l-eċitament tal-mument.
Grazzi kbira lil:
Ħames kelliema li tkellmu b'mod ġeneruż ħafna dwar l-esejs tiegħi -- Immanuel Mifsud, Omar N'Shea, Loranne Vella, Joe Gatt u Mario Aquilina.
Joseph Mizzi u Klabb Kotba Maltin tal-fiduċja li wrew sabiex jippubblikaw il-ktieb, u lil Annamaria u Anna li kienu qed ibiegħu l-ktieb matul it-tnedija.
Noah Fabri tal-mużika tant ħelwa li fetħet is-serata.
Valletta Contemporary u lil Maria Eileen Fsadni talli ospitawna, u lill-ħaddiema tal-VC li kienu xogħol dakinhar.
Rachel Abdilla tal-istampi u l-posters promozzjonali tat-tnedija.
Raisa Bartolo tar-ritratti sbieħ ħafna li ħadet matul it-tnedija.
Gabriel Grioli tal-qari tal-provi u tal-professjonalità ta' xogħlu.
Fabio Borg talli ħallieni nuża pittura minn tiegħu għall-qoxra tal-ktieb.
U, fuq kollox, lil Raylene Abdilla talli għexet miegħi kull stadju tal-produzzjoni ta' dan il-ktieb u tal-inkoraġġiment kontinwu.
Il-ktieb jista' jinxtara mill-istand ta' Klabb Kotba Maltin tul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb din il-ġimgħa, kif ukoll mill-website tal-pubblikatur (https://bitly.cx/PJ7q6) u l-ħwienet tal-kotba.
Nittama biss li l-ktieb itikom pjaċir; il-pjaċir tal-esej 🍂💜
Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media Tumblr media
0 notes